Testment il-qadim Old testament
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal TESTMENT IL-QADIM għandu tlett partijiet. (i) L-ewwel isir is-sinjal mqassar għal BIBBJA. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 magħluq u bil-pala tħares ’il fuq. Il-pala tintlewa u l-ponot tas-swaba’ iħarsu ’l barra. Imbagħad l-id l-oħra tifforma salib fuq il-pala tal-id il-wieqfa. Dan huwa s- sinjal għal BIEREK. (ii) Fit-tieni parti id waħda tieħu l-forma ta’ V mgħawġa u tinżel quddiem l-imnieħer bħal fis-sinjal għal XIĦ. (iii) Imbagħad, l-id tieħu l-forma ta’ 5 magħluq laxk u tintefa’ lura mill-polz, iktar lejn l-ispalla, bħal fis-sinjal għal QABEL.
The sign for OLD TESTAMENT consists of three parts. (i) First, the shortened sign for BIBLE is made. One hand takes the shape of closed 5 with palm bent and fingertips pointing outwards. Then the other hand forms the shape of a cross over the stationary hand. This is the sign for BLESS. (ii) The second part is made with one hand that takes the form of curved V that moves down in front of the nose as in the sign for OLD PERSON. (iii) Finally the hand takes the shape of loosely closed 5 which is thrown back from the wrist towards the shoulder as in the sign for BEFORE.